Kummissjoni għall-Mużika Sagra

L-għanijiet tal-Kummissjoni huma:

  • li ġġib ’il quddiem il-mużika sagra fl-Arċidjoċesi, b’mod li l-komunità nisranija jkollha repertorju varjat għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi differenti u tara li jkunu esegwiti b’mod xieraq;
  • li tipproponi repertorju djoċesan ta’ mużika u innijiet sagri għad-djoċesi ta’ Malta;
  • li tgħin biex jimxu ’l quddiem il-korijiet parrokkjali, l-aktar billi tħarreġ id-diretturi tal-korijiet u tara wkoll kif tingħata formazzjoni liturġika ġenwina lill-mużiċisti u lill-kanturi.
  • flimkien maċ-ċerimonjier tagħżel u tħejji l-kant xieraq għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-katidrali u f’ċelebrazzjonijiet liturġiċi jew para-liturġiċi djoċesani.

Responsabbli

Mro Christopher Muscat