Uffiċċju taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof

L-għanijiet tal-Uffiċċju huma li jħejji ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u para-liturġiċi li fihom jippresiedi jew jassisti l-Arċisqof, kif ukoll ċelebrazzjonijiet djoċesani. Jieħu ħsieb ukoll il-pubblikazzjoni tal-kotba meħtieġa kemm għall-użu miċ-ċelebrant u mill-ġemgħa liturġika.

Responsabbli

Mons. Michael Bugeja, Ċerimonjier Djoċesan u oħrajn li jkunu involuti f’ċelebrazzjonijiet partikolari, f’postijiet u f’okkażjonijiet differenti minn żmien għal żmien.


Tixtieq titlob sabiex Monsinjur Arċisqof jew l‑Isqof Awżiljarju jippresiedi attività?